Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mas-Sinjura tiegħu Dr Lydia Abela għadu kemm telaq jiġri mir-Rabat sabiex jipparteċipa fil-11-il edizzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run.
F’din l-edizzjoni se jkun hemm 4 postijiet tat-tluq li huma r-Rabat (ġirja), Raħal Ġdid (mixja), l-Università tal-Qroqq (mixja) u Santa Venera (mixja).
Għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu huwa mistenni li Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura Lydia Abela, u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia se jiltaqgħu mal-President u s-Sinjura Vella fi Blata l-Bajda sabiex flimkien jimxuha flimkien sa Pjazza San Ġorġ.
Huwa mistenni li mijiet ta’ persuni se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni tal-tal-President’s Solidarity Fun Run li d-donazjonijiet li jinġabru minnha jmorru għal Malta Community Chest Fund.