Illum il-Prim Ministru Robert Abela beda bl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu barra l-pajjiż.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien milqugħ mill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli .
Aktar tard, il-Prim Ministru Robert Abela se jkollu laqgħat mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.
Huwa ltaqa’ wkoll mal-erba’ ewroparlamentari tal-Partit Laburista.
Dr Abela mistenni jtemm l-ewwel impenn uffiċjali tiegħu f’laqgħa mal-ħaddiema ta’ Dar Malta fiċ-ċentru ta’ Brussell.
Hemmhekk il-Prim Ministru se jara mill-qrib ħidmet ir-rappreżentanza permanenti Maltija fl-Unjoni Ewropea.
Ftit tal-jiem wara li Dr Robert Abela laħaq Prim Ministru ta’ Malta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Von der Leyen kienet ferħet lill-Prim Ministru l-ġdid u kienet qalet li tinsab konvinta li taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, il-Gvern Malti se jkompli jikkontribwixxi fil-proġett Ewropew b’iżjed b’saħħa u għaqda.
F’ittra li kienet bagħtet lil Dr Abela, Von der Leyen kienet saħqet li tħares ‘il quddiem biex fi żmien qrib tiltaqa’ miegħu.