Il-Prim Ministru Robert Abela qal li talab lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jistabilixxi għal min kien qed jirreferi Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu, li dalgħodu kien qed jixhed fil-Qorti fil-kumpilazzjoni tal-aħwa Degiorgio mixlija bl-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Muscat implika politiku skont informazzjoni li tah George Degiorgio.
Il-Prim Ministru qal li għamel it-talba ġaladarba kien hemm min ried li din l-allegazzjoni tibqa’ waħda vaga.
Il-Prim Ministru qal li hu se jħalli l-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel xogħlu.