Minn għada, għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Gvern se jkun qed iqassam iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa.
Din l-iskema ta’ €17-il miljun se tkun qed titqassam lil 250,000 persuna
Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela waqt l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-budget għas-sena d-dieħla bit-tema ‘X’pajjiż tixtieq tħalli lil uliedek’.
Hawnhekk Dr Abela qal kif waqt pandemija dan il-Gvern kellu żewġ għażliet, jew dik li jieħu miżuri t’awsterità jew miżuri sabiex jinvesti fin-nies.
Din tal-aħħar kienet l-għażla tal-Gvern immexxi minnu, hekk kif f’sena nħolqu 9,000 impjieġ u hawn l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja.
Preżenti wkoll għal din il-konsultazzjoni kien hemm il-Ministu għall-Finanzi, Clyde Caruana u bosta nies minn oqsma differenti tas-soċjetà li taw il-ħsibijiet tagħhom għall-Budget li jmiss.