Il-Prim Ministru Robert Abela qal li hu se jibqa’ jaħdem u jagħmel l-almu tiegħu bis-saħħa biex isseħħ ġustizzja u toħroġ il-verità.
Saħaq li hu kburi li huwa l-Prim Ministru ta’ pajjiż fejn ħadd mhu untouchable u kull min naqas, hu min hu, irid jitressaq quddiem il-ġustizzja.
F’kummenti lill-ġurnalisti llejla, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li kull proċess għall-maħfra jimxi skont ma jitlob il-proċess relattiv, jiġifieri fuq parir tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali.
Il-Prim Ministru żied jgħid li l-maħfra hija deċiżjoni ta’ responsabilità u nnota l-aġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni li wiegħed maħfra lis-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, meta m’hemmx talba pendenti tiegħu għall-proklama.
Il-Prim Ministru Robert Abela nnota wkoll l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li qed jibqa’ jonqos isemmi isem Ministru sedenti implikat f’allegazzjonijiet.