Mitlub jikkummenta dwar il-fatt li r-Russa li għamlet l-allegazzjonijiet fuq il-kumpanija Egrant reġgħet ma dehritx il-Qorti, il-Prim Ministru, Joseph Muscat qal li min ma jkollux x’jaħbi ma jitlaqx mill-pajjiż.
Fakkar li din il-persuna mhux biss għamlet allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu iżda wkoll fil-konfront ta’ persuni u għadd ta’ entitajiet oħra.