Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ġimgħa filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-awtoritajiet responsabbli mill-investigazzjonijiet f’pajjiżna għandhom jiżġuraw li ssir ġustizzja sħiħa billi jiġi investigat, kull min għandu x’jaqsam mal-każ rappurtat fil-midja.
Il-Prim Ministru qal li dan huwa importanti sabiex toħroġ il-verità sħiħa.
Huwa kompla jgħid li l-Pulizija għandha r-riżorsi kollha disponibbli għaliha biex twettaq id-doveri tagħha.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk l-investigazzjoni twassal għal responsabbilità kriminali min-naħa ta’ xi ħadd ikun mistenni u għandu jitressaq quddiem il-ġustizzja, hu min hu.