F’kummenti li ta lill-ġurnalisti llejla b’rabta mal-għoti tas-sentenza tal-Prim Awla Ċivili dwar l-annullar tal-konċessjoni tal-isptarijiet, il-Prim Ministru Robert Abela ta ċ-ċertezza li tkun xi tkun l-eventwalità s-servizz mediku fl-isptarijiet se jibqa’ jingħata u l-impjieg tal-ħaddiema huwa garantit.
Il-Prim Ministru l-Gvern stess se jressaq talba biex li t-Tnejn stess fil-Parlament issir diskussjoni dwar id-deċiżjoni tal-lum u s-servizzi li jagħtu l-isptarijiet.
Dr Abela saħaq li għada filgħodu se jiddaħħal rikors biex jonqos il-perjodu ta’ żmien stipulat għal appell li jista’ jitressaq.
Il-Prim Ministru qal ukoll li jekk jitressaq appell, il-Gvern se jagħmel talba biex dan jinstema’ b’urġenza.
Il-Prim Ministru Robert Abela nnota li l-Qorti ħassret erba’ ftehimiet li saru meta hu lanqas biss kien Membru Parlamentari.