F’kummenti lill-midja Ingliża lbieraħ waqt l-ewwel sessjoni tas-summit informali f’Salżburgu, il-Prim Minstru Joseph Muscat kien ċar dwar il-kwistjoni Brexit. L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jinsabu fit-triq it-tajba biex ikun hemm ftehim tajjeb għaż-żewġ partijiet dwar id-deċiżjoni li ħa l-poplu Ingliż lura f’Ġunju 2016. Saħaq li la darba jintlaħaq ftehim, ir-Renju Unit xorta se jkun obbligat iħares u jirrispetta r-regoli Ewropej, partikolarment dawk dwar is-suq waħdieni.
“A #brexit deal needs the UK to acknowledge the EU rules” says Malta PM @JosephMuscat_JM – “there is room for manoeuvre on the EU side as long as it doesn’t tamper with our rules. If the UK is asking that, that’s a big problem. That cannot happen.” @SkyNews pic.twitter.com/mWzDLnL4sv
— Mark Stone (@Stone_SkyNews) September 19, 2018