Waqt Xarabank ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jikkontesta fuq it-tieni distrett fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Fil-programm il-Prim Ministru qal li minn dejjem kienet ix-xewqa tiegħu li jkun kandidat fuq dan id-distrett, għaliex jemmen li huwa l-qalb tal-Partit Laburista.