L-Oppożizzjoni Nazzjonalista reġgħet qalet li ż-żgħażagħ huma aljenati bil-kannabis.
Wara li f’intervista l-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech saħaq kif il-Partit Laburista qed jirnexxielu jaljena liż-żgħażagħ bil-White Paper mressqa mill-Gvern għal konsultazzjoni dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, bosta deputati Nazzjonalisti tennew dak li qal il-Kap.
Ġurnalist: “Taqbel mal-kap Bernard Grech li l-Partit Laburista qiegħed jaljina liż-żgħażagħ bil-kannabis?”
Hermann Schiavone: “Naħseb li l-Partit Laburista qed jaljena liż-żgħażagħ b’ħafna affarijiet.”
David Thake: “Naħseb li l-Partit Laburista għamel dikjarazzjoni ċara ħafna u għandu raġun hux hekk.”
Karl Gouder: “Il-Partit Laburista uża l-kannabis biex jaljena liż-żgħażagħ.”
Ġurnalist: “Bernard Grech qal li rnexxielu l-bieraħ.”
Karl Gouder : “Iva naqbel miegħu.”
Ġurnalist: “Taqbel mal-kap Bernard Grech li l-Partit Laburista qiegħed jaljina liż-żgħażagħ bil-kannabis?”
Kristy Debono : “Iva, naqbel miegħu nemmen li dan huwa suġġett ta’ aljenazzjoni iva minn dak li qed jiġri fil-pajjiż.”
Deputati oħrajn ħassewhom skomdi u saħansitra Clyde Puli spiċċa pprefera jinkixef li l-Ħadd ma segwiex id-diskors tal-Kap tiegħu.
Ġurnalist: “Taqbel mal-kap Bernard Grech li l-Partit Laburista qiegħed jaljina liż-żgħażagħ bil-kannabis?”
Clyde Puli: “Ma nafx f’liema kuntest qalha, m’għandix idea.”
Ġurnalist: “Hekk qal il-bieraħ, qallu prosit anzi għax is-surveys qed juru li qed imorru mal-Partit Laburista għax qed juża l-kannabis.”
Carmelo Mifsud Bonnici: “M’għandix kumment x’intikom. Grazzi.”
Mario De Marco: “Hemm diskussjoni li hemm bżonn issir u dejjem issir.”
Ġurnalist: “M’għandekx opinjoni imma, qal li qed jirnexxielu jaljena liż-żgħażagħ.”
Mario De Marco: “Hemm diskussjoni li dejjem issir.. ejja.”
Ġurnalist: “Mhux hekk qed insaqsik jiena.”
Mario De Marco: Imma qed inwieġbek jiena.”
Kevin Cutajar: “M’għandix kummenti grazzi.”
Barra l-Parlament sibna wkoll lil Beppe Fenech Adami u staqsejnieh waqt li kellu lil Bernard Grech imqabbad ma’ djulu.
B’Bernard Grech b’ħarstu fuq il-karozza u b’widnejh mal-mikrofonu ħa jara x’ser jgħid Fenech Adami, id-deputat Nazzjonalista qalilna li l-Partit Laburista jħobb jivvinta l-istejjer.
Ġurnalist: “Taqbel mal-kap Bernard Grech, li qiegħed hawnhekk ħdejk, li l-Partit Laburista qiegħed jaljina liż-żgħażagħ bil-kannabis?”
Beppe Fenech Adami: “Jiena naħseb li l-Partit Laburista meta jkun dahru mal-ħajt joħloq stejjer.”
Id-deputat Jason Azzopardi saħansitra spiċċa mera s-sewwa magħruf u qal li Bernard Grech ma qalx hekk.
Ġurnalist: “Taqbel mal-kap Bernard Grech li l-Partit Laburista qiegħed jirnexxielu jaljina liż-żgħażagħ bil-kannabis?”
Jason Azzopardi: “Ma qalx hekk il-kap tal-Partit. Qal li ma tridx tintuża biex..”
Ġurnalist: “Hekk qal u qal prosit lill-Partit Laburista għax qed jirnexxielu, qal is-surveys hekk juru.”
Jason Azzopardi: “Ma qalx hekk le. Ejja ngħidu ma naqbilx miegħek. Grazzi, buonasera.”
Filwaqt li Jason Azzopardi jista’ jmeri dak li b’mod ċar Bernard Grech tenna dwar iż-żgħażagħ, il-filmati ma jigdbux.
“Robert Abela pprova juża din il-kwistjoni tal-kannabis biex mingħalih jaljena u rnexxielu ta sa ċertu punt għaliex is-survey tal-Ħadd li għadda wera illi ż-żgħażagħ anki ressqu aktar lejn il-Partit Laburista.”