Il-Ministru Carmelo Abela fetaħ libell kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Il-Qorti fetħet b’urġenza wara li l-Ministru Carmelo Abela talab li jittieħdu l-passi legali anki b’urġenza biex jiddefendi l-integrità tiegħu fil-politika.
Il-Ministru ċaħad kategorikament u bl-aktar mod assolut dak li sejjaħ bħala gideb malafamanti u moqżież li għamel fuqu d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Jason Azzopardi għamel numru t’allegazzjonijiet fejn implika lill-Ministru Carmelo Abela mal-attentat ta’ hold-up fuq il-bank HSBC.
F’kummenti ma’ ONE News wara li fetaħ il-libell, il-Ministru Carmelo Abela qal li hu qed jiddefendi l-integrità tiegħu billi jittieħdu l-passi legali kontra l-malafama u gidba li kiteb Jason Azzopardi.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/04/09/il-ministru-carmelo-abela-jichad-kategorikament-u-se-jiehu-passi-legali1/