Il-ġimgħa d-dieħla, il-pajjiżi msieħba fit-Task Force t’Azzjoni Finanzjarja, l-FATF, mistennija jieħdu vot dwar Malta u l-azzjonijiet ta’ pajjiżna fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja u l-finanzjament tat-terroriżmu.
F’kummenti ma’ ONE News, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal li bil-ħidma li saret mill-awtoritajiet Maltin, iħoss li Malta għandha tgħaddi.
Fakkar li Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval fejn ġew implimentati erbgħin rakkomandazzjoni.
“Kieku jien mhux qed nitkellem hekk”, saħaq il-Ministru Bartolo li spjega kif pajjiżna jistħoqqlu jimxi ’l quddiem b’xogħol onest kif qed isir.
L-FATF fiha 39 pajjiż u kienet inizjattiva tal-G7.