Jgħidu li l-Maltin iħobbu jieklu. Platt għal kull staġun u ħlewwiet għal kull festa imma għal żmien il-Milied, il-Maltin x’iħobbu jieklu?
Inżilna fit-toroq tal-Belt kapitali biex nistaqsu propju hekk biex naqtgħu l-kurżita ta’ x’jiekol il-poplu Malti u Għawdxi meta jkun f’aptitu fi żmien il-festi tal-Milied.
Huma weġbuna hekk;
Kien hemm oħrajn li qalulna li d-Dundjan tradizzjonali ma tantx jagħmel bihom basta quddiemhom isibu platt sħun u bnin.
Kienu bosta wkoll li esprimew magħna ma’ min se jqattgħu ħinhom huma u jieħdu l-ewwel gidma mill-platt tagħhom.
Għaldaqstant, filwaqt li l-Malti verament iħobbha żaqqu, mhuwiex neċessarjament wikkiel għal platt partikolari fi żmien il-Milied.