Wara ċelebrazzjonijiet kbar qabel il-logħba Ingilterra kontra Malta l-partitarji issa qed isegwu l-partita f’Wembley. Min-naħa tal-Ingilterra ż-żewġ gowls ġew skurjati minn Deli Alli u Daniel Sturridge.
Il-preparamenti issa bdew ukoll fil-grawnd ta’ Wembley f’ Londra, dan hekk kif id-dressing room tat-tim nazzjonali Malti hija armata u lesta.
Jidher li ftit tal-ħin ilu l-uffiċjali tal-logħba ċċekjaw u vverifikaw l-kuluri tat-timijiet, biex pajjiżna ser ikun qed jilgħab bil-flokk u shorts ħomor u kalzetti bojod. Minn naħa l-oħra t-tliet iljuni ser ikunu bil-‘kit’ tradizzjonali tagħhom, flokk u shorts bojod u kalzetti ħomor.
Fadal inqas minn sagħtejn biex jingħata bidu għall-logħba u jidher li hemm minn diġa jaħsiblu biex jidħol fil-ground ta’ Wembley. Huwa mifhum li l-biljetti tal-grawnd inbiegħu kollha.
Jidher li anka l-ġurnalisti sportivi internazzjonali huma mpressjonati bis-support tal-Maltin.
Half-Time: Ingilterra 2 – 0 Malta
Ritratti: Clinton Buhagiar