Sidien ta’ dgħajjes spiċċaw iħarsu lejn l-opri tal-baħar tagħhom jitkissru mill-qilla tal-mewġ b’saħħtu li ħakem il-Lvant tal-gżejjer Maltin. Għalkemm uħud ippruvaw jieħdu azzjoni, jidher li kien tard wisq minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tal-baħar.Ix-Xemxija, San Pawl u Birżebuġġa kienu l-aktar lokalitajiet li saret ħsara, b’wħud mid-dgħajjes jispiċċaw jitkissru mal-blat. Sfortunatament f’dan iż-żmien tas-sena l-kumpaniji tal-assigurazzjoni ma jkoprux spejjeż fuq ħsarat ikkawżati mill-maltemp.
Ir-riħ qawwi mill-Grieg Lvant mistenni ilaħħaq anke l-Forza 7 fis-sigħat li ġejjien, bil-buffuri tar-riħ jiżdiedu matul il-lejl.
Il-pubbliku huwa mwissi wkoll biex ma jersaqx qrib tal-kosta, fejn l-aktar huwa b’saħħtu l-baħar, ewlieni fosthom il-Belt, Tas-Sliema, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Wied il-Għajn u x-Xgħajra.