Permezz ta’ Twitter, il-Kummissjoni Ewropea rringrazzjat lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tax-xogħol li qed tagħmel u talli ngħaqdet mat-tim ta’ rispons globali fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Coronavirus.
Dan it-tim ta’ rispons twaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea, taħt it-tmexxija ta’ Ursola von der Leyen sabiex il-kontinent Ewropew jirrispondi għal din l-imxija b’politika koordinata.
Fl-istess messaġġ, il-Kummissjoni Ewropea espremiet il-gratitudni tagħha lejn il-Professur Gauci, fejn hija spjegat kif hemm bżonn investiment u kollaborazzjoni biex il-pajjiżi flimkien jikkontrollaw din il-pandemija, billi jittieħdu miżuri ġodda u ħidma koordinata jinstab ukoll it-trattament għal dan il-virus.
“We need collaborated efforts and good investments to tackle the situation.”
Charmaine Gauci, Malta’s Superintendent of Public Health, on why she is joining the Coronavirus #GlobalResponse.
Thank you for your support @CGauci1!#UnitedAgainstCoronavirus pic.twitter.com/JKHCh9OC3B
— European Commission 🇪🇺 #UnitedAgainstCoronavirus (@EU_Commission) May 21, 2020