Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech baqa’ bla direzzjoni wara l-pożizzjonijiet kunflinġenti li ħareġ il-Kap fuq l-abbozz ta’ liġi dwar l-użu resposabbli tal-kannabis.
Wara r-rapporti tal-ġlied intern li qam fil-Grupp Parlamentari, b’Bernard Grech kien kostrett joħroġ stqarrija jqatta’ biċċiet il-liġi proposta wara li kien baqa’ ma ħax sehem fil-konsultazzjoni dwar is-suġġett, issa l-ġurnalisti staqsew lill-Partit Nazzjonalista dwar x’jagħmel hu jekk ikun fit-tmexxija tal-pajjiż
Evidentament il-filmat tal-kelliem tal-Kap Bernard Grech jitkellem waħdu hekk kif Peter Agius spiċċa weħel.
Meta kien mistoqsi: “Jekk il-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern imma ħa jreġġa’ lura jekk l-abbozz ta’ liġi jgħaddi kif propost bħalissa?
Peter Agius wieġeb: “Iva Luke din id-domanda hija… fis-sens issa l-ballun qiegħed f’saqajn il-Gvern.”
Għalkemm Bernard Grech bidel il-pożizzjoni u issa qed jgħid li kontra r-riforma proposta fil-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, huwa xorta waħda baqa’ jinsisti fuq il-mertu li għandu jieħu dwar din ir-riforma.
Sa din il-ġimgħa stess barra l-Parlament, Grech qal li fl-abbozz ta’ liġi hemm punti minn tiegħu.
Meta kien mistoqsi: “Hawnhekk int kont għidt li kkupjawk allura inti kontra l-proposta tiegħek stess?”
Bernard Grech stqarr: “Dak li propona l-Gvern fl-abbozz kellu iva xi punti li jien fil-fatt indikajt li kienu fid-direzzjoni li tista’ tgħin.”
Evidenti wkoll fil-partit ta’ Bernard Grech huwa l-ġlied li qam fuq il-kwistjoni tal-kannabis, b’Karl Gouder, li ħalla lil Peter Agius jitkellem l-ewwel meta mistoqsi mill-ġurnalist tal-Maltatoday, qal hekk wara li l-Partit Nazzjonalista ħareġ bil-pożizzjoni kontra l-liġi.
“Meta Ġurnalist ta’ dan l-istazzjon staqsieh: “Hawnhekk Bernard Grech kien qal li ġie kkupjat dwar il-liġi tal-kannabis. Liema hi l-verità, li ġie kkupjat jew li huwa kontra?”
Karl Gouder qal, “Mistoqsija redikola. Il-verità li hemm diskussjonijiet għaddejjin u fil-Parlament naraw x’ser jiġri.”
Id-dikjarazzjoni ta’ Gouder saret fi sfond ta’ Partit Nazzjonalista li fih hemm dawk imsejħa estremisti, li l-kapitlu issa jrid jingħalaq b’vot kontra u oħrajn li lesti jerġgħu jiftħu l-ktieb.
Il-Kelliem ta’ Grech jidher li żamm mal-pożizzjoni tal-establishment u l-fazzjoni li mhux biss poġġiet lil Bernard Grech Kap imma anki imponietlu l-pożizzjoni li kellu jieħu fuq il-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis: “Il-pożizzjoni tagħna fuq il-liġi tal-Gvern hija ċara u ninsistu fuqha u naraw issa l-passi min-naħa tal-Gvern.”