Jajtu x-xjuħ u jajtu t-tfal, viva via l-Karnival! Waslet dik il-ġimgħa tant mistennija li bosta Maltin fanatiċi tal-Karnival ikunu qed jistennew ta’ kull sena praċett.
Filmat qasir meħud fl-1928 juri kif dan l-eċitament għall-brijju li joħloq il-Karnival Malti ilu għaddej ġmielu u ċertament li mhux se jieqaf issa.
Segwi l-filmat t’hawn taħt u ara l-brijju tal-Karnival f’Malta fl-1928