Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli qalet li tilqa’ l-fatt ta’ pjan aċċellerat mill-Gvern fid-distribuzzjoni tal-elettriku u t-tisħiħ tal-infrastruttura elettrika.
F’kummenti wara l-laqgħa tal-MCESD, Marthese Portelli apprezzat il-fatt li l-Prim Ministru sema’ wkoll lill-imsieħba soċjali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Spjegat kif il-Kamra tal-Kummerċ ressqet 13-il punt, uħud minnhom jitolbu impenn mill-Gvern u oħrajn jinvolvu lis-soċjetà u lill-komunità kummerċjali inġenerali.
Portelli f’isem il-Kamra tal-Kummerċ spjegat li dwar it-tibdil fil-klima rridu nagħmlu differenza bejn min jaħli l-enerġija u min jinvesti biex jonqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima.
AQRA AKTAR: