F’laqgħa tal-Kabinett li saret fil-binja tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar viżjoni msejsa fuq ħames prinċipji li l-Gvern se jimxi fuqhom għal ekonomija aktar b’saħħitha u li tagħti kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini.
Waqt din il-laqgħa President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb fisser kif jinsab impressjonat bil-viżjoni li ħabbar il-Prim Ministru.
Il-President Xuereb sostna li l-prinċipji mħabbra mill-Prim Ministru huma ta’ serħan il-moħħ u jimxu id f’id mal-viżjoni li għandha l-Kamra tal-Kummerċ għall-futur ta’ pajjiżna.