Is-Servizz Sigriet tal-Istati Uniti qal li apparat suspettat li huwa splussiv intbagħtu kemm lill-eks Segretarju tal-Istat Hillary Clinton u kif ukoll lill-eks President Barack Obama. L-apparat instabu minn tekniċi li jissorveljaw posta li tintbagħat lil eks uffiċjali tal-Istati Uniti.
Il-post fejn instabu l-pakketti suspettużi ma kienx ikkonfermat mill-ewwel.
Il-bini ta’ Time Warner fi New York ukoll kien evakwat minħabba pakkett. Il-kamra tal-aħbarijiet CNN, li tinsab fl-istess bini, irrappurtat li kienet evakwata minħabba pakkett suspettuż.
Skont stqarrija maħruġa mis-Servizz Sigriet tal-Istati Uniti, l-ewwel pakkett rikoverat kien indirizzat lil Clinton tard fit-tlieta u għoxrin t’ Ottubru.
L-istess stqarrija żiedet tgħid li kmieni fl-24 t’Ottubru, pakkett indirizzat għar-residenza ta’ Obama kien interċettat mis-Servizz Sigriet f’Washington.
Iż-żewġ pakketti ġew interċettati qabel twasslu fil-post intenzjonat, filwaqt li dawk li kienu protetti ma rċivewx il-pakketti u lanqas kienu f’riskju li jirċevuhom.
L-FBI fi New York qalu li kienu konxji fil-pakketti suspettużi, u qed jigħinu fl-investigazzjoni.
Kelliema għal Obama ċaħdet milli tikkummenta fuq l-inċident, u rriferiet lill-ġurnalisti għall-istqarrija tas-Servizz Sigriet.
Il-kelliema għal White House Sarah Sanders ikkundannat l-attentati t’ attakki vjolenti fuq figure pubbliċi.
Here’s the moment CNN had to handoff to DC and evacuate Time Warner Center in New York pic.twitter.com/TUtnWrss9z
— Josh Billinson (@jbillinson) October 24, 2018