Il-ħidma sabiex jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu l-impjant ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn għadha għaddejja.
Fuq il-post hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ membri mis-sezzjoni tal-Emergency Fire and Rescue Unit sabiex in-nirien jiġu kkontrollati.
Membri oħra mill-istess sezzjoni jinsabu lesti fl-istess żona flimkien ma’ ambulanza tas-sezzjoni f’każ ikun hemm bżonn ta’ assistenza medika li jaf jiġu bżonn persuni li huma esposti għas-sħana u d-duħħan ikkawżati min-nirien.
L-impjant inħakemm minn nirien kbar għall-ħabta tas-13:30 ta’ wara nofsinhar fejn f’konferenza tal-aħbarijiet ġie sostnut li l-proċess sabiex jiġi kkontrollat in-nar jaf jieħu jiem.
Filmat + Ritratt: EFRU