Il-Prim Ministru tal-istat ta’ New South Wales fl-Awstralja tkellmet dwar il-bżonn li 80% tal-popolazzjoni fl-istat Awstraljan tkun imlaqqma kompletament.
Hawnhekk issemma kif l-uniku żewġ pajjiżi fid-dinja li laħqu din ir-rata ta’ tilqim komplut għall-Covid-19 huma Malta u Singapore.
Gladys Berejiklian, li tmexxi l-Gvern ta’ New South Wales qalet li jeħtieġ li l-istat li tmexxi jilħaq il-mira ta’ Malta fit-tilqim biex tippermetti l-ivvjaġġar barra mill-pajjiż.