Filmati miġbuda separatament minn żewġ bugħaddas Maltin, Jesmond Portelli u Mike Bugeja, jixhed x’fadal minn dik li darba kienet it-Tieqa tad-Dwejra.
Bugeja kiteb mal-filmat li poġġa, li kull ma seta’ jara hu eluf ta’ biċċiet tal-ġebel u ġebla kbira.
Kien propju ftit tal-jiem ilu li t-Tieqa tad-Dwejra waqgħet kawża tal-proċess naturali.
Ara l-filmati hawn taħt.