Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Covid Wage Supplement se jkun estiż sa Ġunju u s-sidien tar-ristoranti se jibdew jieħdu din l-għajnuna b’mod sħiħ, jiġifieri jaqgħu taħt Skema A.
Dan ifisser li s-sidien tar-ristoranti se jibdew jirċievu €800 għal kull ħaddiem.
Dan riżultat tat-tħabbira ta’ miżura bilanċjata għal ftit ġimgħat li biha, ir-ristoranti, snack bars u kiosks se jkunu jistgħu joffru l-ikel permezz ta’ takeaway.
Il-Prim Ministru qal li din il-miżura bilanċjata tista’ tkun iebsa għan-negozji u għalhekk il-Gvern se jibqa’ jkun ta’ spalla għan-negozji.
Spjega li l-Gvern se jgħin ukoll biex in-negozji anki jeqilbu l-operat tagħhom online biex ikompli bl-attività kummerċjali b’mezzi oħra.