Il-Milied iservi ta’ pawża mir-rutina ta’ kuljum hekk kif meta jasal il-Milied l-omm timla l-platt bil-ftiet, u l-missier iqabbad iż-żnied.
Iżda hekk kif bosta familji jkunu madwar il-mejda tal-ikel, il-ħidma ta’ numru ta’ voluntiera f’santwarji tal-annimali ma tiqafx hekk kif dawk li sfaw abbandunati xorta jridu jitrejqu.
Tkellimna ma’ Joyce Scerri, voluntiera fis-santwarju Carers for Stray and Abandoned Felines, li qaltilna kif darbtejn kuljum, tkun xi tkun il-ġurnata, il-voluntiera jmorru u jitimgħu lil madwar tliet mitt qattus abbandunat.
Spjegat kif, “għandna l-voluntiera. Dejjem għandna bżonn aktar voluntera. Ikollna ċertu xogħol mhux dejjem inlaħqu bihom u għalekk dejjem ikollna bżonn l-għajnuna. Fil-milied xorta niġu għax huma xorta jridu jieklu hux.”
Spjegat kif is-santwarju dejjem hu fi bżonn ta’ donazzjonijiet ta’ kull tip fosthom ikel u flus, u dan il-Milied ppreparaw ikla speċjali ta’ tiġieġ għall-qtates kollha permezz ta’ donazzjonijiet li ngħataw.
Tenniet l-importanza li qattus jitqies bħala parti mill-familja.
Qalet kif hu, “importanti li jkun parti mill-familja. Ma tistax tadotta għall-milied biex tagħtigħ bħala rigal. Għandek commitment ta’ 15-20 sena. Importanti li jkunu parti mill-familja, inutli ġġib qattus u titfgħu f’kamra. Qattus indipendenti mhux bħal kelb imma xorta they have to be included fil-familja”
Joyce qaltilna kif l-aktar li jsibuha diffiċli biex jadattaw f’santwarju huma qtates li jkunu trabbew ma’ familja u għal xi raġuni jispiċċaw abbandunati.
Hawnhekk tkellmet dwar l-importanza li wieħed jikkunsidra jadotta qattus kbir fl-età.
Tenniet l-importanza dwar kif, “Li tagħti ċans qattus avvanzat fl-età hija oġġett sabiħa. Sfortunatament dawn il-home cats li jkunu abbanduanti għal xi raġuni, ma jkampawx fis-santwarji u għalekk importanti li dawn isibu familja lesta li tħobbhom.”
Hekk kif temmet l-intervista, dlonk kompliet bil-ħidma tagħha fis-santwarju flimkien mal-kumplament tat-tim.
Persuni li jixhdu l-imħabba li għandhom għal dawn l-annimali li sabu familja differenti lesta li tieħu ħsiebhom u tħobbhom.
Intant kull min jixtieq ikun ta’ għajnuna u jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ b’diversi mezzi fosthom;