It-Tnejn waranofsinhar id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili daħlulu numru ta’ rapporti li kienu għadhom kif żviluppaw nirien fl-Isptar San Filippu f’Santa Venera.
Immedjatament fuq il-post marru pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili f’numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar li bdew b’ħidma biex jikkontrollaw in-nirien.
Xhieda fuq il-post tal-każ raw ukoll daħna kbira ħierġa mill-bini.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.