It-triq privata biswit triq it-Tiġrija fil-Marsa li tintuża minn mijiet ta’ ħaddiema ta’ diversi kumpaniji kienet suġġett ta’ diskussjoni għal bosta f’dawn l-aħħar ġimgħat, minħabba l-inkonvenjent li toffri lis-sewwieqa. Għalhekk l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta qalet li din se tingħalaq minħabba l-periklu li taf toħloq.
Iżda diskussjoni bejn il-kumpaniji u l-entità fetħet il-bibien għal soluzzjonijiet li minnhom jista’ jgawdi kulħadd, kif spjega direttur ta’ kumpanija minnhom, Anthony Zammit.
“Infrastructure Malta qalulna li fil-jiem li ġejjin jew qabel ma jsir ċertu qbil biex dit-triq tibqa’ miftuħa trid tiġi service road. . Jekk isir dak għalina, il-kumpaniji tagħna nibqgħu mexjin ‘il quddiem.”
Permezz tad-djalogu ser ikunu qed jaħdmu id f’id biex kull sewwieq jagħmel użu mit-triq mingħajr xkiel filwaqt li jonqos il-periklu.
“Aħna rridu naħdmu flimkien. Kemm jista’ jkun innaqqsu l-influss tad-dħul u l-ħruġ. Nikkontrollowha min-naħa tagħna personali, iġifieri. Infatti ħa nikkontrollow il-lights ukoll min-naħa tagħna t’hawn isfel għax kif intqal f’waħda mil-laqgħat, illi kemm ilu li ngħalaq l-aċċess għan-nies min-naħa l-oħra tat-triq, il-problema tat-traffic lights naqsu b’87%.”