Malta hawn numru ta’ santwarji fostom Noah’s Ark, Association for Abandoned Animals, Island Sanctuary u MSPCA. Duo żagħżugħ u kuġini Gareth u Kurt Degiorgio ddeċidew li jmorru mawra sa l-Association for Abandoned Animals fejn għamlu xogħol volontarjat.
Il-messaġġ ta’ dawn iz-żgħażagħ kien li n-nies għandhom jaħsbuha sew qabel ma jaddottaw pet għaliex ma jistgħux jibqaw jabbandunaw il-klieb mingħajr ħsieb ta xejn. dawn ukoll iħossu u jridu l-imħabba. Dawn l-annimali għandom ikunu mrobbija f’ambjent ta’ mħabba u bħala membri tal familja. Kif jgħidu blingliz ‘A Dog is for life and not just for Christmas’.
Id-Dogs Trust toffri sussidji fuq neutering and microchipping ħalli tgħin ftit biex itaffi mill-problema tal-ammont tal-annimali li m’għndhomx familja.