Hasbulla, l-influencer Russu magħruf mad-dinja kollha minħabba l-kundizzjoni li jħaddan li xxekklu milli jikber, ġie arrestat f’Dagestan fir-Russja flimkien ma’ wħud minn sħabu b’rabta ma’ sewqan perikoluż u ksur tal-liġijiet tat-traffiku.
Skond rapporti huma kienu qed jiċċelebraw it-tieġ ta’ ħabib tagħhom. Fil-fatt, filmat ppubblikat mill-Ministeru għall-Intern ta’ Dagestan juri numri ta’ karozzi jibblukkaw it-traffiku u jduru f’toroq ewlenin b’mod perikoluż. Aktar tard l-istess filmat juri karozza milquta.
Ftit ħin wara Hasbulla u sħabu talbu apoloġija għall-azzjonijiet tagħhom.
Sors ritratti: Nelk Boys