Ħaddiema tal-Protezzjoni ġew imsejħa sabiex jitfu nirien li ħakmu ħanut tax-xagħar fi Triq it-Torri f’Ta’ Sliema.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-ħaddiema tat-tifi tan-nar niżlu u tfew in-nirien. Fuq il-post ġew imsejħa wkoll it-tekniċi tal-Enemalta li qatgħu id-dawl tat-triq kollha.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tas-Sliema.