Il-Membru Slovakk tal-Parlament Ewropew, Miroslav Radačovský, tajjar ħamiema fil-Parlament Ewropew, f’ġest li qal li kien simbolu tal-paċi fid-dinja.
Il-kaz seħħ waqt plenarja fi Strasburgu, meta l-Ewroparlamentari, ħareġ ħamiema minn ġo basket, u ħalliha ttir fil-kamra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa qal li jixtieq paċi għar-Russi u l-Ukreni, filwaqt li qal li l-Ewropa teħtieġ il-paċi – u b’hekk din il-ħamiema għandha sservi ta’ simbolu ta’ dan.
Fil-kamra, inqalgħet kommossjoni, hekk kif diversi persuni qalu li, li tuża annimal sabiex tgħaddi punt politiku, jmur kontra r-regoli tal-istess parlament.