Filmat li għadda għand ONE News juri ġlieda bejn żewġt irġiel f’parkeġġ fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
ONE News hu infurmat li din il-ġlieda seħħet illum waranofsinhar u fiha jidher involut ħaddiem ta’ kumpanija li twassal l-ikel lin-nies fid-djar u f’postijiet oħra.
Fil-filmat fil-bidu jidhru ż-żewġt irġiel involuti fil-ġlieda jargumentaw imbagħad f’mument minnhom, il-ħaddiem ta’ kumpanija jmidd l-ieħor mal-art.
Intant, il-persuna ta’ mal-art qattgħet il-flokk tal-ħaddiem.
Ftit tal-ħin wara l-ħaddiem jidher jirkeb fuq il-mutur fejn jidher evidenti l-isem tal-kumpanija.
Jirriżulta wkoll li ftit wara ż-żewġt irġiel jerġgħu jiltaqgħu u jerġgħu jiġu fl-idejn.