Tork ta’ 36 sena li joqgħod il-Marsa ġarrab ġrieħi ħfief wara li għelbet il-kabina tal-gaffa li kien jinsab fiha, waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi Triq il-Ħaddiem fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu, waqt li l-ħaddiem kien qed isuq b’lura bejn il-barrikati.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.