“Il-kritika għandha ssir b’kalma sħiħa mingħajr provokazzjonijiet u fuq kollox ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjonijiet.”
Din kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat għall-protesti vjolenti barra l-Parlament fejn kien hemm mumenti meta persuni li kienu qed jipprotestaw dawru l-karozza tal-Ministru Owen Bonnici.
Il-Prim Ministru qal li l-atti tal-bieraħ filgħaxija huma reazzjoni ta’ ftit nies li ġġib l-għadab anki ta’ min jaqbel ma’ l-argument ta’ dawk in-nies.
Il-Prim Ministru kien f’Għawdex jinawgura l-iskola medika ta’ BARTS b’investiment ta’ €35 miljun.
Dr. Muscat fakkar li huwa ħa deċiżjonijiet biex il-pajjiż wasal f’xi ħaġa bla preċedent fejn sar żblokk fuq investigazzjoni ta’ każ kriminali ewlieni.
“Jien kuntent li dak li ħaddieħor qal li ma tistax issir, jiġifieri li jaħdmu l-istituzzjonijiet, dan mhux minnu. L-istituzzjonijiet qegħdin jaħdmu”, reġa’ rrimarka l-Prim Ministru.
Segwi l-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat minn hawn fuq.