Ħadd ma weġġa’ wara li żviluppaw xi nirien f’appartament li jinsab fi Triq Ċensu Tabone.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:45 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet l-assisstenza ta’ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili li rrnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.
Għal xi ħin it-triq kienet tinsab magħluqa għat-traffiku.