Ħadd ma weġġa’ wara li għall-ħabta tat-3:30 ta’ dalgħodu żewġ vetturi ħadu n-nar waqt li kienu f’pompa tal-petrol li tinsab fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jitfu n-nirien.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Filmat u ritratt: David Borg