Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li ndarbu f’ħabta bejn mutur u karozza fl-Imġarr.
Il-każ ġara ftit qabel l-għaxra ta’ dalgħodu fi Triq iż-Żebbiegħ fejn raġel ta’ 23 sena mill-Fgura kien qed isuq karozza.
Huwa kien involut f’ħabta ma’ raġel ieħor ta’ 30 sena minn Santa Venera li kien qed isuq mutur.
Fil-karozza kien hemm żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żabbar bħala passiġġier.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li s-sewwieq tal-mutur qed isofri minn ġrieħi gravi. Aktar is-sewwieq tal-karozza ġie ċċertifikat li wkoll qed isofri minn ġrieħi gravi.