F’servizz estensiv fuq il-paġna ta’ Facebook ‘One.com.mt’, għandek l-opportunità li ssegwi ġurnata mill-ħidma tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci u li ssir taf iżjed fuqha.
Ara kif tipprepara ruħha biex twassal l-aġġornament ta’ kuljum dwar l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna, u segwi x’ikun għaddej minn wara l-kwinti. Segwi wkoll numru ta’ laqgħat li hi jkollha ta’ kuljum sabiex tikkordina l-ħidma kontra t-tifrix tal-Covid-19 f’pajjiżna.