ONE NEWS qed ixandar il-filmat, fejn żewġ ġurnalisti u cameraperson ta’ din il-kamra tal-aħbarijiet ġew mhedda quddiem il-Qorti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom l-Erbgħa filgħaxija.
F’dan il-ħin fil-Qorti kienu se jitressqu erba’ akkużati dwar is-serqa ta’ droga mill-kwartieri tal-AFM f’Ħal Safi, meta xi qraba ta’ dawn l-istess imputati bdew jgħidu kliem oxxen fil-konfront tal-ħaddiem ta’ ONE.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan il-każ ta’ theddid u intimidazzjoni ġie anke kkundannat mill-IĠM, li wera solidarjetà tiegħu u rringrazzja lill-pulizija għall-azzjoni mmedjata.
ONE NEWS anke għamel rapport fl-Għassa tal-Pulizija, il-Belt Valletta, fejn ukoll nixtiequ nirringrazzjawhom tal-assistenza tagħhom.
Aqra aktar: