Waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, fejn ġiet diskussa mozzjoni dwar tneħħija tal-fjuri fuq il-monument tal-Assedju b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, persuna li kienet qed tappoġja lis-suppost Soċjetà Ċivili, aggredexxiet ġurnalist ta’ ONE News.
Filmati miġbuda mill-kameras ta’ ONE News wrew biċ-ċar kif din il-mara attakkat lill-ġurnalist u cameraman ta’ dan l-istazzjon li bħal media oħra kienu qed jirrapurtaw il-laqgħa.
Kif jixhed dan il-filmat, saħansitra l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier, beda joġġezzjona għaliex ONE News beda jagħmel xogħlu.
ARA L-FILMAT TAL-AGGRESSJONI FUQ ONE NEWS:
Sadanittant is-Sindku Belti, Alexei Dingli ddeċieda li l-mozzjoni m’għandiex tgħaddi għall-vot għaliex skont hu, il-monument inkwistjoni ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Fost ħafna għajjat minn partitarji Nazzjonalisti tkellem Manwel Delia. Hawnhekk spikkaw it-tixjir tas-swaba’ u tal-idejn filwaqt li beda jgħajjat b’ħanġra daqsiex.