Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ma jafx kif se jnaqqas id-dejn ta’ miljun kbar li għandu l-Partit Nazzjonalista.
Dan ikkonfermah f’intervista li saritlu mill-Maltatoday fejn kien mistoqsi dwar il-qagħda finanzjarja imwergħa tal-Partit Nazzjonalista li kien Grech stess li qal dwarja fil-kunsill tal-Partit Nazzjonalista wara li l-Partit Nazzjonalista ġarrab l-akbar telfa elettorali mill-Indipendenza ‘l hawn.
Dakinhar, bi skop li jtellaq waħdu għal Kap qal li l-Partit Nazzjonalista għandu dejn ta’ €32 miljun.
Mistoqsi dwar kif se jnaqqas id-dejn, Bernard Grech waħħal f’fatturi tekniċi.
Ġurnalist: “Is-sena l-oħra fil-Kunsill Ġenerali inti kont għidt li l-PN għandhom dejn ta’ madwar tnejn u tletin miljun u ħa jkun qed iqabbad esperti biex jiggwidawh ħalli jħallas dan id-dejn. X’inhi s-sitwazzjoni tal-lum, id-dejn naqas, żdied? Għandek time frame?”
Bernard Grech: “Ma tkunx tista’ tgħid għax jiddependi minn ċertu fatturi tekniċi wkoll.”
Din mhux l-ewwel darba li Grech ġab l-iskużi dwar il-finanzi tal-partit tiegħu.
L-istess għamel meta ġie mistoqsi għax ma daħħalx l-accounts tal-Partit tiegħu quddiem il-Kummissjoni Elettorali skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
Qal li ma kellux accountant biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ l-uniku wieħed li baqa’ ma daħħalx il-kontijiet tiegħu f’ġieħ it-trasparenza.
Ġurnalist: “Ilbieraħ, it-Times u l-Illum kixfu kif għandkom ma ppubblikajtu l-ebda accounts tal-PN u lanqas id-Donations Report. Għaliex taħbu għal sentejn sħaħ.”
Barnard Grech: “Dan ma sarx biss minħabba personnel meħtieġ.”