Tnax-il ġurnata bogħod mill-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-kostitwenti ta’ Ħal Balzan u Ħal Lija.
Fid-diskors tiegħu huwa tenna l-appell tiegħu sabiex l-elettorat joħroġ jivvota għal dawn l-elezzjonijiet li, li kien għal ħaddieħor dawn ma sarux.
Dr Muscat tenna kif evidentament il-Partit Nazzjonalista huwa maqbud fi stat ta’ paniku u min ikun hekk jibda jivvinta minn żniedu.
Il-Prim Ministru saħaq dwar l-importanza li kull wieħed u waħda minna joħroġ jagħti sinjal ċar u b’saħħtu u jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista li huwa kompost minn team b’saħħtu li tassew għandu lil Malta f’Qalbu.