Għal kull siġra li nqalgħet biex qed isir il-proġett Central Link tħawwlu tletin waħda.
Dan sostnih il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tal-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius li għal diversi drabi ħareġ kontra l-proġett.
Agius baqa’ jikkritika b’saħħa dan il-proġett bil-Ministru għall-Ambjent għal aktar minn darba sostna li x-xogħol kollu sar skont il-permessi maħruġa mill-Awtorita għar-Riżorsi u l-Ambjent l-ERA.