Għall-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, il-Kap Nazzjonalista jismu ‘Adrian Busuttil’.
Din il-fixkla xejn sabiħa saret waqt is-sessjoni tal-Erbgħa fuq il-Fosos mal-MEPs Nazzjonalisti. Casa, forsi mingħajr ma ried, kixef kemm hi serja l-firda li hemm fil-qalba tal-partit fl-Oppożizzjoni, u kemm Adrian Delia ma jgawdix ir-rispett li suppost għandu bħala Kap.
Casa huwa magħruf li jappoġġja bi sħiħ lill-eks Kap Simon Busuttil. M’hemmx konferma iktar minn hekk kemm nies fil-Partit Nazzjonalista stess mhux qed iħarsu lejn Adrian Delia bħala Kap Nazzjonalista. Huwa ċar li l-politika tiegħu ta’ mod ġdid, wara sena sħiħa, falliet.