F’konferenza tal-aħbarijiet wara li l-Gvern ressaq il-budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sejjaħ il-budget li fih il-Gvern reġa’ ta l-vouchers tal-mitt ewro, ta żieda oħra fil-pensjonijiet u fiċ-children’s allowance u ta ġurnata oħra leave lill-ħaddiema, bħala wieħed ta’ riċiklaġġ.
F’konferenza tal-aħbarijiet ta’ għoxrin minuta, Grech kien negattiv u ma ġerraħx il-miżuri li se jgħinu lill-ħaddiema u n-negozji fosthom l-estensjoni tal-Covid Wage Supplement.
Minflok qal li l-Gvern ma jaħsibx għal għada.
Bernard Grech għalaq il-messaġġ tiegħu, kif beda l-konferenza, b’ton negattiv.
Intant il-ġurnalist ta’ ONE News, għal darba, darbtejn prova jistaqsi lill-Kap tal-Oppożizzjoni jekk kieku kulħadd iħallas it-taxxa, kienx ikun budget aħjar.
Evidentament skomdu, Bernard Grech ħarab milli jwieġeb.