Sid Malti ta’ żiemel f’kompetizzjoni internazzjonali, ingħata tislima xierqa fil-mument li ż-żiemel bl-isem ta’ Crusoé d’Anama, mill-Ġerrej ta’ żwiemel magħruf Jean Michel Bazire.
Bazire li daħal l-ewwel biż-żiemel deher ixejjer il-frosta fl-ajru kif kien qed jersaq lejn it-tmiem tal-korsa, b’tislima lil Joseph Xuereb li miet ilbieraħ fl-isptar Mater Dei fl-età ta’ 86 sena.
F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem it-tellieqa sostna li għolla l-frosta għaliex ħass l-għajnuna ta’ Joseph Xuereb li kienet se twasslu biex jirbaħ it-tiġrija.
Il-familja Xuereb hija magħrufa sew fost id-dilettanti taż-żwiemel fil-korsa tal-Marsa, b’mod partikolari wliedu Mario, Denis u n-neputi Jean.
Il-funeral ta’ Joseph Xuereb se jsir għada fit-8:00 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pubbliju fil-Furjana.