One.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tat-8:10 ta’ filgħaxija garaxx ħa n-nar fl-Għarb Għawdex.
Fuq il-post isejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-Pulizija biex jikkontrollaw in-nirien.
Persuna fuq il-post qal lil ONE News li fil-garaxx kien hemm diesel, tankijiet tal-gass u jablo.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.