Permezz ta’ ftehim bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam, ser jissaħħaħ il-valur storiku ta’ Palazzo Xara, binja prominenti fil-qalba storika tar-Rabat.
Din hi parti minn sensiela ta’ għajnuniet li l-Awtorità tal-Artijiet qed tagħti lill-għaqdiet volontarji wara li jkunu għaddew minn proċess ta’ applikazzjoni.
Il-President tal-Għaqda Mużikali L’ Isle Adam, il-Perit Karm Farrugia, irrimarka fuq l-element storiku tal-għaqda, li ilha imwaqqfa mill-elf tmien mija u sittin.
“Nuru il-ħsieb tagħna, li tlabna l-għajnuna li nsibu post alternattiv fejn nkunu nistgħu nirrikolaw il-bank tal-lottu. L-idea intoġbot, il-kunċert waraja kien wieħed tajjeb li jgħin is-soċjeta u bdena nimxu minn hemm”
Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri spjega li l-Awtorità tal-Artijiet ser talloka spazju ġdid għal rilokazzjoni tal-banka tal-lottu, f’post ieħor barra l-palazz, u dan b’rata ta’ kera preferenzjali li l-awtorità tapplika biss fil-każ ta’ għaqdiet volontarji.
“Mhux biss qed naraw l-Awtorità tal-Artijiet inkomplu inressqu lejn iċ-ċittadin, f’dan il-każ viċin is-soċjetà u dawk li huma imsejjaħ għaqdiet volontarji, kif fil-fat qed naraw li għajnuna bħal din qed tingħata ukoll lil ħmistax-il għaqda oħra fis-sena, pero hawnhekk illum qedin nistgħu ngħajdu hekk nwettqu xeqa ta’ ħafna Rabtin”